1,129,538 research outputs found

Hymn to the heroes of Malta

Get PDF
Ġabra ta’ poeżiji u proża li tinkludi: Alla fil-ħolqien ta’ Ġużè Agius Bonello – Is-sena u l-bniedem ta’ Ġużè Ellul-Mercer – Li tiżra’ taħsad ta’ Vic. Apap – Huwa ta’ Gino Muscat-Azzopardi – Żewġ friefet ta’ Vincent Caruana – Iċ-ċagħka ta’ Ġużè Borg – Warda midbiela ta’ C. Gauci – It-tfajla tas-sulfarini ta’ Albert M. Cassola – L-aħħar traduzzjoni ta’ May Butcher qabel ma mietet – Hymn to the heroes of Malta.N/

Non-Clinical Benefits of Evidence - Based Veterinary Medicine

Get PDF

Clinical bottom line

There are few studies addressing business benefits of EBVM.

While the need for a wider adoption of EBVM has been highlighted and linked to commercial benefits, further empirical studies are needed to identify and quantify such linkages.

</p

Lil hinn mill-miti tal-privatizzazzjoni u nazzjonalizzazzjoni

Get PDF
Jiena nixtieq inkompli ma' dak li qal il-Professur Joe Friggieri fejn qal li l-aspett kulturali ma jistax jinjora l-istrutturi ekonomiċi. Proprju fil-qasam ekonomiku wieħed ma jistax jinjora l-aspetti soċjo-kulturali ta' pajjiżna. Biex nibda fuq din il-laqgħa, naħseb li jkun ħafna pożittiv li l-affarijiet li qed jintqalu, u li ilna nisimgħu ħafna snin, ngħaddu biex xi darba nibdew inwettquhom. U wara kollox, it-twettiq konkret ta' l-ideat biex jiġu mibdula gradwalment l-istrutturi tas-soċjeta tagħna hija bla dubju ta' xejn l-isfida laktar importanti. Fil-qasam ekonomiku pajjiżna għaddej minn tibdil mgħaġġel u radikali. Il-pressjoni sabiex tiddaħħal aktar kompetittivita' permezz tal-liberalizzazzjoni, l-ispinta lejn il-privatizzazzjoni, it-twaqqif ta' ċentru finanzjarju internazzjonali, it-tibdila fis-sistema fiskali ta' pajjiżna flimkien ma' ristrutturazzjoni industrijali huma kollha xhieda, fit-tajjeb u fil-ħażin, ta' dan it-tibdil. Huwa neċessarju allura li wieħed jirrifletti ftit fuq l-għan finali li jrid jintlaħaq, il-metodu li għandu jintużax u il-kunflitti soċjali li jistgħu jinħolqu. Bażikament qed nitkellem fuq il-preżenza ta' l-istat u l-fruntieri tas-suq. Fi ftit kliem irridu niddiskutu r-relazzjoni Gvern-ċittadin bl-implikazzjonijiet kollha tagħha f'termini ta' l-attivita' ekonomika, fiskali, soċjali u kulturali. L-isfida qiegħda proprju f'kemm il-Gvern jista' joħloq l-ambjent ġust fejn iċ-ċittadin, kull ċittadin, speċjalment dak li ħafna jsibuh bħala ż-żgħir, l-emarġinat, ikollu l-opportunita' kollha li jwettaq il-proġetti tiegħu.peer-reviewe

Rates of evolution in stress-related genes are associated to habitat preference in two Cardamine lineages

Get PDF
4openopenOmetto, L.; Li, M.; Bresadola, L.; Varotto, C.Ometto, L.; Li, M.; Bresadola, L.; Varotto, C

Is-sehem tal-psikoloġija fit-tfassil tal-policies

Get PDF
This document includes the closing address by Dr. Alfred Sant, and the book’s synopsis on the back cover.Il-Kamp tiegħi huwa l-psikoloġija, u se nitkellem b'mod skematiku kif il-psikoloġija tista' taffettwa l-politika tal-pajjiż għall-ġejjieni, u se nieħu tliet oqsma. L-ewwel qasam huwa l-edukazzjoni. Jidhirli li importanti li għal ġejjieni ssir bidla radikali fid-dipartiment ta' l-edukazzjoni b'mod speċjali f' dak li huwa school psychological services. Jidhirli għandha ssir sistema aktar effettiva ta' kif isir dan is-servizz li huwa utili, ta' educational psychologists, ta' counsellors, u guidance teachers. Naħseb li hemm bżonn ta' ristrutturazzjoni għal aktar effettività li jiġu impjegati wkoll, barra educational psychologists, clinical psychologists, għax nafu li t-tfal, il-problemi li jkollhom m'humiex biss ta' natura marbuta ma' l-iskola imma mal-ħajja, mal-familja. Naħseb kien pass tajjeb b'dik li bdiet il-PSE - personal and social education, imma din ukoll naħseb għad hemm ħafna fejn titjieb.peer-reviewe

“Ir-riċerka hija r-ruħ tal-Università”

Get PDF
L-ewwelnett nixtieq nirringrazzja lil Dr Alfred Sant ta' l-istedina li għoġbu jagħmilli. Jiena u hu iggradwajna kważi tletin sena ilu flimkien mill-istess istituzzjoni, hu mill-fakultà tax-xjenza u jien mill-fakultà tal-mediċina. Meta rċevejt l-istedina ħabbilt ftit rasi, għaliex ma kienx hemm indikat is-suġġett li xtaquni niddiskuti. Forsi ma kinitx tkun idea ħażina kieku l-meeting seta' jkun ftit iżjed strutturat, għalkemm is-sessjoni ta' dal-għodu kienet interessanti ħafna, smajna bosta ideat fuq ħafna affarijiet. Mhux qed ngħid bi kritika, imma naħseb kienet tinħoloq forsi aktar direzzjoni u diskussjoni. Ma kontx naf jekk għandix nitkellem fuq l-Università, fuq l-edukazzjoni Universitarja, fuq mediċina, jew fuq edukazzjoni medika. Bosta mill-kelliema ta' qabli diġà messew dawn is-suġġetti. Meta kelliem ikun minn ta' l-aħħar, ikollu ċerti vantaġġi iżda jkollu wkoll ċerti żvantaġġi. Il-vantaġġi jkunu li jkun ftit jew wisq sema' x'ingħad qabel, jispera li dak li tkellmu qabel ħallewlu xi ħaġa xi jgħid u jkun jista' b'xi mod jikkonkludi. L-iżvantaġġ hu li n-nies jibdew jagħjew u jsiru aktar irritabbli. Issa niġu għall-punt. Qiegħed hawn f'kapaċità personali. Dawn l-aħħar ħames snin kont l-ewwel viċi-chairman u mbagħad chairman tal-kumitat fuq Higher Education and Research tal-Kunsill ta' l-Ewropa fi Strasbourg. Ġejt f'kuntatt mill-qrib ma' Universitajiet fl-Ewropa bil-problemi kollha tagħhom. Allura se nipprova nitkellem fil-qosor kemm jista' jkun fuq l-Università bħala istituzzjoni, fuq l-Università mhux tagħna biss. X'inhuma l-problemi li Universitajiet ser ikollhom fis-seklu li ġej?peer-reviewe

L-ethos Malti mhedded

Get PDF
Kull meta joqrob biex jintemm seklu, u l-aktar meta jkun se jintemm millennju, ikun hemm paniku sħiħ fost is-superstizzjużi. Mat-tgerbib tas-snin u fuq kollox b'riħet il-progress kbir fl-oqsma tax-xjenza, il-bniedem m'għadux superstizzjuż daqskemm kien dari. Għall-inqas għalissa għadna ma rajniex nies jiġru mherwlin mat-toroq iħabbru tmiem id-dinja u l-wasla tal-ġudizzju Universali. Jekk tidwil l-imħuħ irnexxielu jeħlisna minn dehriet bħal dawn, lanqas ma rridu nkunu aħna li noħolqu xi twerwir li mbagħad jixtered bħan-nar mal-pajjiż kollu. Min-naħa l-oħra lanqas ma nistgħu noqogħdu b'idejna fuq żaqqna u ma nsemmux ċertu twegħir li jidher riesaq fuq ix-xefaq u jhedded l-ethos Malti. Wieħed irid ikun qed jgħix fis-sħab biex ma jintebaħx bis-sinjali taż-żminijiet u jibqa' ma jagħrafx fihom twiddiba għal dawk li qegħdin jaħmu minn taħt ħwejjeġ li jafu jagħmlu ħsara kbira lin-nazzjon żagħżugħa Maltija.peer-reviewe

Il-profil ta' riforma ortografika

Get PDF
Dizzjunarju ewlieni tal-Ingliż jiddefinixxi l-‘ortografija’ bħala dik il-parti tal-grammatika li tittratta n-natura tal-ittri u l-kumbinazzjonijiet varji tagħhom (Follick 26). Din id-definizzjoni hija simili għal dik ta’ Baker, iżda huwa jelabora d-definizzjoni billi joħloq paragun bejn sistema ta’ kitba u ortografija. Sistema ta’ kitba, jgħid Baker, hija dik li tirrappreżenta b’mod grafiku xi lingwa jew grupp ta’ lingwi f’daqqa waqt li l-ortografija hija sistema ta’ kitba iktar speċjalizzata għaliex tinħoloq għal lingwa partikolari (Baker 96). Minħabba li l-ortografija tal-Malti sa meta saret uffiċjali fl-1924 ġa ġiet irrakkontata minn Ninu Cremona fil-poeżija Ultimae Nostrarum, għall-għan ta’ dan l-istudju, ser tiffoka fuq ir-riformi li wasslu għall-ortografija tal-Malti standard, minn wara li saret uffiċjali sal-preżent billi tittratta argumenti rikorrenti li dehru fil-kwistjoni ta’ din il-bidla ortografika.peer-reviewe
corecore